Futbol Sport

Chelsea u Southampton fis-semifinali tal-FA Cup

Pedro Rodriguez wara li skorja l-gowl tar-rebħa
Il-logħbiet tas-semifinali huma Man United v Tottenham u Chelsea v Southampton

Chelsea u Southampton ingħaqdu ma’ Tottenham u Manchester United wara li rebħu l-konfronti tagħhom barra minn darhom. Southampton eliminaw lil Wigan bl-iskor ta’ 2-0 fid-DW Stadium. Pierre Hojberg fetaħ liskor fit-62 minuta meta daħal tajjeb għal korner mix-xellug u għeleb lil Walton. Cedric Soares għalaq il-logħba fil-91 minuta b’azzjoni personali li biha skorja b’xutt fir-rokna.

Chelsea kellhom bżonn il-ħin barrani biex jegħlbu lil Leicester 2-1. Alvaro Morata fetaħ l-iskor fit-42 minuta meta qabbeż fuq Schmeichel iżda Jamie Vardy ġab id-draw fis-76 minuta, bil-logħob tkompli fil-ħin barrani. Kien Pedro Rodriguez li skorja l-gowl rebbieħ fil-105 minuta meta skorja wara indeċiżjoni ta’ Kasper Schmeichel.

Magħrufa l-logħbiet tas-semifinali

Wara dawn il-logħob sar magħruf li Manchester United u Tottenham se jilagħbu kontra xulxin fis-semifinali. Tottenham għaddew għat-tieni semifinali konsekuttiva. Huma rebħu l-kompetizzjoni tmien darbiet, bl-aħħar suċċess jasal fl- 1991. Man United rebħu dan lunur żewġ staġuni ilu.

Southampton rebħu l-FA Cup fl-1976 filwaqt li Chelsea rebħu lkompetizzjoni seba’ darbiet blaktar riċenti fl-2012. Il-logħbiet se jintlagħbu fil-21 u t-22 ta’ April f’Wembley Stadium.