Żewġ karozzi ħabtu fil-Bypass ta’ Birkirkara fejn hemm numru ta’ persuni involuti fl-inċident.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.30 ta’ waranofsinhar fi Triq Dun Karm. L-impatt seħħ bejn karozza tat-tip Mitsubishi Colt misjuqa minn persuna ta’ 33 sena residenti l-Iklin u karozza oħra tat-tip Toyota Yaris.
S’issa għad mhux magħruf l-identita’ u l-ammont ta’ nies li kienu passiġġiera fit-Toyota Yaris, madanakollu s-sewwieq ta’ 33 sena fil-karozzal-oħra ittieħed l-isptar Mater Dei. Il-kundizzjoni tiegħu għadha pendenti wkoll.
//= $special ?>