Anne Fenech, sindku ġdida ta’ San Pawl il-baħar, wegħdet li se tkompli fuq ix-xogħol li sar biex flimkien mal-viċi sindku l-ġdid Daniel Grima u l-kunsilliera l-oħra jtejbu l-lokalità għar-residenti.
L-ewwel kelliema tal-attività politika li saret fil-każin tal-Partit Nazzjonalista f’San Pawl il-Baħar, Anne Fenech irringrazzjat lill-predeċessur tagħha Graziella Galea għax-xogħol li għamlet.
Anne Fenech fakkret li huwa d-dover tal-kunsilliera kollha, kemm dawk tal-Partit Nazzjonalista, Laburisti u indipendenti biex jaħdmu flimkien għall-ġid tar-residenti. Qalet li “issa rridu nħarsu ‘l quddiem u rridu nibdew naħdmu għax-xogħol, xogħol tant meħtieġ sabiex inkmplu nwettqu l-aħjar għal-lokalità tagħna. Huwa dover tagħna, tal-kunsielliera kollha li jaħdmu għall-interess għal-lokalita tagħna.”
Żiedet tgħid li se tkun qed tinvesti fil-lokalità ta’ San Pawl il-Baħar bil-ħsieb li r-residenti jkunu kburin li jgħixu f’din il-lokalità u hu għalhekk li hemm pjan għal numru ta’ proġetti għaż-żmien li ġej.
L-attività politika kienet indirizzata wkoll mil-eks sindku ta’ San Pawl il-Baħar Graziella Galea li qalet li hi rriżenjat minn din il-kariga b’lealtà lejn ir-residenti.
Fakkret fid-dejn ta’ nofs miljun ewro li sabet meta ħadet din il-kariga u n-numru kbir ta’ ostakli li sabet waqt il-laqgħat tal-kunsill lokali. Iżda issa tħares ’il quddiem u wegħdet li se tkompli taħdem għall-ġid tan-nies.
Iddikjarat li se tkompli taħdem fuq in-numri ta’ toroq li x-xogħol fihom għaddej ġmielu, il-bandli li kważi lesti u t-toroq rurali li qed jitranġaw permezz tal-fondi ewropej.
Wegħdet li “kif dejjem għamilt ser inkompli naħdem magħhom u mal-kumplament tal-kunsill għall-ġid tar-residenti u tal-lokalità. Irridu naraw li x-xogħol li bdejna issa jitkompla.”
Indirizzat l-attività wkoll il-Membru Parlamentari Ewropej, Roberta Metsola li qalet li flimkien mal-Partit Nazzjonalista se tkompli taħdem u tagħti widen lin-nies.
Żiedet tgħid li l-Partit Nazzjonalista qatt mhu se jkun kompliċi mal-korruzzjoni tal-Gvern iżda se jkun qed ikompli jaħdem sabiex itejjeb l-ekonomija f’pajjiżna u jkun hawn politika nadifa.
Hi qalet li “l-Kap tal-Partit tagħna, Adrian Delia reġa’ ta messaġġ ċar li l-Partit Nazzjonalista huwa l-vuċi tan-nies u mhux lest li jħalli lil Gvern jisservja bih. Il-pensjonijiet għandhom jiżdiedu u jissaħħu għal kulħadd u mhux għal ftit.”
Roberta Metsola qalet li ħadd mhu se joħnoq lil Partit Nazzjonalista milli jwaqqaf il-ħażen li ta’ dan il-Gvern.
//= $special ?>