Lokali

“Il-PN hu l-partit tan-nies, fejn jaħdem bil-ftit tal-ħafna” – Maratona Ġbir ta’ Fondi

Il-Ħadd li ġej il-Maratona ġbir ta' fondi se tibda f'nofsinhar u se tixxandar fuq NET Television u Radio 101

Il-Ħadd li ġej, il-Partit Nazzjonalista se jorganizza maratona ġbir ta’ fondi fid-Dar Ċentrali. Iżda din is-sena b’differenza, fejn se ssir inizjattiva li fl-aħħar jiem qajmet kurżita’ fost il-pubbliku b’sett ta’ ħames numri relatati ma’ sfida li se ssir matul il-maratona – u issa saru magħrufa l-parteċipanti tal-inizjattiva ‘Design Your Future’.

L-għaxar żgħażagħ se jagħmlu 14-il siegħa fi sfida magħrufa bħala Design Your Future nhar il-25 ta’ Marzu: fejn Elena, Daniel, Eve, Kristina, Matthew, Natalia, Nicole, Ryan, Victoria, u Andrew huma l-parteċipanti.

Mit-Tnejn, festa pubblika, sal-Ħadd li ġej, il-pubbliku jista’ jżur id-Dar Ċentrali sabiex jagħti d-donazzjoni tiegħu fl-istess waqt fejn se jkun hemm fiera tal-kotba b’roħs u prezzijiet speċjali.

Intant, waqt l-attivita’ politika f’San Pawl il-Baħar, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia wkoll wassal il-messaġġ u l-appell tiegħu għall-maratona. Adrian Delia qal li l-Partit Nazzjonalista, għall-kuntrarju tal-Partit Laburista, mhuwiex il-partit li jieħu l-ħafna mingħand il-ftit – iżda il-Partit Nazzjonalista jiddependi mill-ħafna tal-ftit.

Il-maratona nhar il-Ħadd 25 ta’ Marzu tibda f’nofsinhar  tibqa’ għaddejja matul il-ġurnata kollha sa nofsillejl bi spettaklu u xandira diretta fuq NET Television u Radio 101, u se tibqa’ għaddejja sa nofsillejl.