Lokali

Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tat-tfal

Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira organizzata mit-tfal għat-tfal.

Dan hekk kif il-Ħadd wara nofsinhar saret purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira … mhux kif soltu nafuha mmexxija u organizzata mill-adulti, iżda din id-darba bit-tfal fil-qofol tagħha.

Il-purċissjoni saret fil-ġonna kkuluriti ta’ San Anton,

f’Ħ’Attard u li għaliha attendew numru kbir ta’ familji u tfal għal avveniment li qed jidħol fil-kalendarju ta’ matul is-sena.

Takkumpanja l-puċissjoni kien hemm l-iscouts ta’ Ħal Qormi li flimkien mal-mużika tal-Ġimgħa l-Kbira, daqqew huma u jduru mal-ġonna.

Il-purċissjoni kienet ikkaratizzata minn numru ta’ vari u oġġetti oħra partikolari hekk kif kollha huma maħsuba għad-daqs tat-tfal.

It-tfal infushom kienu kollha libsin ilbies tal-Ġimgħa l-Kbira.