“Dan jum ta’ dieqa kbira” – sħab Giulio Baldacchino, il-vittma tal-inċident bil-mutur tiegħu fi Triq il-Kosta, fuq il-midja soċjali ddeskrivew lir-raġel ta’ 45 sena bħala bniedem tal-ġenn, b’karattru ta’ vera u wegħdu li mhux se jinsewh qatt.
Dan kien każ ieħor li xxookkja lil ħafna, kif tixhed sensiela ta’ kummenti bla waqfien fuq il-midja soċjali, immedjatament wara li tħabbret din it-traġedja.
Saħansitra persuni li fakkru lil Giulio għaż-żmien li qattgħu flimkien ta’ eta’ żgħira, f’xhieda kemm ħalla impatt għall-karattru tiegħu, hu li kien dilettant kbir tal-muturi u membru tal-Forzi Armati ta’ Malta.
Inċident li mill-ġdid iqanqal il-karba biex tiżdied is-sigurtà f’din it-triq
L-inċident wassal ukoll għal appell imqanqal, b’mod speċjali minn sewwieqa oħra tal-muturi, li talbu lill-awtoritajiet biex jintervjenu u jaraw li tiżdied is-sigurtà f’din it-triq ewlenija.
Dan hekk kif ilmentaw li l-crash barriers matul din it-triq huma perikolużi ħafna, fejn jekk wieħed jitlef il-kontroll u jaħbat fihom ma jsib xejn jilqalu, anzi jirriskja li jaħbat mas-saqajn tagħhom.
L-istess Giulio li spiss kien jikteb fuq il-midja soċjali dwar diversi aspetti tas-sigurtà f’pajjiżna, fosthom riċentament meta ħarġu aħbarijiet li se tidjieq il-bypass tal-Mellieħa, liema deċiżjoni issa treġġgħet lura.
//= $special ?>