Lokali

RITRATTI: Adrian Delia jiltaqa’ u jisma’ lin-nies f’San Pawl il-Baħar

Ara r-ritratti fejn aktar kmieni dalgħodu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista dar San Pawl il-Baħar jiltaqa' man-nies

Ftit qabel ma’ indirizza l-attivita’ politika f’San Pawl il-Baħar, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista żar il-qalba ta’ din il-lokalita’ fejn iltaqa’ ma’ numru kbir ta’ nies.

Fost id-diversi postijiet li żar, Adrian Delia mar sal-pjazza ta’ Buġibba fejn iltaqa’ u tkellem mad-dilettanti tal-karozzi klassiċi. Ukoll wara żar iż-żona magħrufa bħala tal-Għażżelin lejn it-Torri ta’ Wignacourt u l-pixxina tas-Sirens. Hemmhekk iltaqa’ wkoll ma’ numru ta’ ċiklisti li kienu qegħdin igawdu t-temp sabiħ li ħareġ il-Ħadd filgħodu.

Kienu bosta dawk li huma stess avviċinaw lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fejn qasmu qalbhom u tkellmu dwar diffikultajiet tagħhom  – dan filwaqt li awguraw ix-xogħol tat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista.

Matul din iż-żjara f’San Pawl il-Baħar, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mid-deputat Robert Cutajar, il-Membru Ewroparlamentari Francis Zammit Dimech, is-Segretarju Ġenerali Clyde Puli, s-Sindku ta’ San Pawl il-Baħar Anne Fenech flimkien mal-Kunsilliera Graziella Galea.