Pulizija mill-għassa ta’ Bormla kellhom jissejħu biex jikkontrollaw ġlieda li bdiet minn kliem ħażin, tgħajjir u storbju u intensifikat tant li grupp ta’ persuni ġew fl-idejn.
Il-każ seħħ is-Sibt filgħodu barra bar li jinsab fi Triq San Pawl, b’paġna fuq Facebook tiddeskrivi dak li seħħ bħala sitwazzjoni oħra li turi li f’din il-lokalità żviluppat sitwazzjoni ta’ gangs kontra xulxin.
Fil-post waslu numru ta’ uffiċjali tal-Pulizija għalkemm jidher li ma sarux arresti. Madankollu dawk fil-post u xhieda li raw dak li seħħ ġew mitkellma mill-Pulizija.
//= $special ?>