Vladimir Putin se jkun qed imexxi lir-Russja għal sitt snin oħra, dan hekk kif ħareġ ir-riżultat tal-elezzjoni Presidenzjali fir-Russja.
Fl-exit poll li ħareġ mill-istat Russu, Putin kiseb 73.9% tal-voti. Il-kandidat Presidenzjali li kien l-akbar theddida kien Alexei Navalny, ma tħalliex jikkontesta din l-elezzjoni. Fl-exit polls li ħarġu urew kif l-aktar kompetitur li ressaq viċin tas-siġġu Presidenzjali kien il-kandidat Komunist Pavel Grudinin li kiseb 11.2%.
Dan ir-riżultat juri żieda fil-popolarita’ ta’ Vladimir Putin mir-riżultat miksub fl-2012, hekk kif f’dik l-elezzjoni Vladimir Putin kien kiseb 64%.
Fl-ewwel kumment lill-media, it-tim tal-kampanja ta’ Vladimir Putin stqarr li din hi ‘rebħa inkredibbli’.
“Il-persentaġġ li nkiseb jitkellem waħdu. Dan hu mandat li Putin għandu bżonn għal deċiżjonijiet futuri”.
Din l-elezzjoni ma kinitx nieqsa minn kontravenzjonijiet, hekk kif numru ta’ filmati fil-postijiet tal-votazzjoni urew irregolaritajiet f’numru ta’ bliet u rħula madwar ir-Russja. Ħafna minn dawn il-filmati urew uffiċjali tal-elezzjoni jitfgħu numru ta’ voti fil-kaxxi.
Ir-riżultat uffiċjali mistenni joħroġ aktar tard matul il-lejl.
//= $special ?>