Passatemp li jieħodlok ix-xhur għar-riżultat finali.
Hekk kif wieħed jitkellem mad-dilettanti li jagħmlu mudelli fuq skala, mill-ewwel jinnota l-passjoni li għandhom għal dan id-delizzju. Xogħol li jsir minn dilettanti ta’ kull età u kollu bl-idejn.
Għal din l-esebizzjoni intużat it-tema ta’ tmiem l-ewwel gwerra dinjija, hekk kif dis-sena taħbat il-100 sena mit-tmiem tagħha. Fost il-mudelli, wieħed seta’ jsib karozzi, vapuri, ajruplani u mudelli oħra li jsiru bil-plastik.
F’din l-esebizzjoni, dawk li attendew ingħataw l-opportunità li jkunu ħaġa waħda mal-esebizzjoni hekk kif ivvutaw għall-aħjar mudelli skont il-kategoriji.
Fost dawk ir-rebbieħa kien hemm ukoll uħud li rebħu medalji tad-deheb f’kompetizzjonijiet internazzjonali.
Il-wirja qed issir fil-Mużew Marittimu fil-Birgu.
//= $special ?>