‘Popeye’ hija l-fekruna salvata mix-xbieki li nqabdet fihom qrib Popeye Village.
Il-fekruna ntelmħet minn żewġ turisti, Mariusz u Magdalena, li lemħu lill-fekruna tgħum f’diffikultà. Minnufih huma ġibdu l-attenzjoni tal-istaff ta’ Popeye Village biex eventwalment ġew mgħarrfa l-istaff tan-Nature Trust.
Eventwalment, f’post fuq Facebook, in-Nature Trust identifikat il-fekruna bħala waħda t-tip ‘loggerhead’. L-istess għaqda ambjentali nnutat ukoll li din hija s-sitt fekruna li ġiet irkuprata minn kundizzjonijiet simili. Sfortunatament, tnejn minn dawn is-sitt fkieren nstabu bla ħajja.
In-Nature Trust appellat biex il-pubbliku jarmi ż-żibel tiegħu b’mod responsabbli.
https://www.facebook.com/permalink.php?story_fbid=1870809909659859&id=726024444138417
https://www.facebook.com/story.php?story_fbid=10209081360431665&id=1848120341
//= $special ?>

