Il-Papa Franġisku talab għal maħfra għall-Insara kollha li jagħmlu wżu minn prostituti. Hu qal li dawk l-irġiel li jagħmlu wżu minn prostituti kienu kriminali “mentalita marida” li jemmnu li n-nisa qegħdin hemm biex ikunu sfruttati.
Hu qal li meta wieħed imur ma’ prostituta, din ma kienitx imħabba imma tortura ta’ mara u kien hemm bżonn li wieħed ma jħallatx it-tnejn.
Il-Papa qal dan matul sessjoni ta’ erba’ siegħat ma’ 300 żgħażugħ li kienu mistiedna mill-Knisja biex jitkellmu dwar kif jaraw il-Knisja Kattolika. Dan bi thejjija għas-sinodu tal-Isqfijiet li se jsir dalwaqt.
Il-Papa qal li ż-żgħażagħ iridu jittieħdu bis-serja u li dawn m’għandhomx iżżommu lura milli jitkelmu b’kuraġġ.
Il-Papa jqabbel il-prostituzzjoni mat-tortura


