Ġurnata speċjali għall-Monsinjur Alfred Xuereb li llum se jkun ikkonsagrat Arċisqof u Nunzju Appostoliku. Il-konsagrazzjoni se ssir mill-Papa Franġisku stess fil-Vatikan.
Kien fis-26 ta’ Frar li għadda meta fil-Kurja Kurja Veskovili ta’ Għawdex, Mons. Mario Grech, Isqof ta’ Għawdex, ikkomunika l-aħbar sabiħa li l l-Papa Franġisku għażel lil wieħed mis-saċerdoti tad-Djoċesi ta’ Għawdex, Mons. Alfred Xuereb, biex ikun Nunzju Appostoliku fir-Repubblika tal-Korea, u fl-istess waqt għollih għad-dinjità ta’ Arċisqof titulari ta’ Amantea, l-Italja.
//= $special ?>