In-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili talbet ir-riżenja ta’ Jason Micallef minn kap tal-Fondazzjoni Valletta 18 wara kummenti li għamel fuq Facebook.
Fil-kummenti tiegħu, Jason Micallef irredikola l-aħħar kelmiet miktuba mill-ġurnalista maqtula Daphne Caruana Galizia meta tella’ l-kliem: “The situation is desperate” fil-kuntest tal-eluf ta’ persuni li marru San Ġiljan biex jiċċelebraw San Patrizju.
In-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili qalet li l-kummenti li għamel Jason Micallef huma “ta’ disprezz lejn il-ġurnalista assassinata”. Barra minn hekk, żiedet tgħid in-Netwerk, Jason Micallef attakka wkoll l-libertà tal-espresjoni tal-attivisti billi ssuġerixxa li l-azzjonijiet ta’ protesta għandhom jitwaqqfu.
In-Netwerk tas-Soċjetà Ċivili temmet tgħid li l-attitudni “diviżiva” ta’ Jason Micallef hija nieqsa mis-sensittività u ma tixraqx lil uffiċċjal tal-istat li qed imexxi l-Kapitali Ewropea tal-Kultura. “Jason Micallef għandu għalhekk jirriżenja”, temmet tgħid in-Netwerk.
https://www.facebook.com/JasonMicallefPL2013/posts/1616982098378932
//= $special ?>