Jessica Micallef, jew kif kienet magħrufa ma’ kulħadd ‘Jess’, kienet voluntiera mas-St. John Rescue Corps, u kienet tipparteċipa wkoll bħala voluntiera fil-Maratona tal-Volleyball li kienet tiġi organizzata mill-Moviment Kerygma.
Jess tilfet ħajjitha aktar kmieni matul il-ġurnata f’inċident fl-Imġarr, fejn skont il-Pulizija, it-tfajla allegatament qabżet minn karozza li kienet qed tinstaq. Mhux magħruf eżattament x’wassal għal dan.
F’post fuq Facebook, it-tmexxija tas-St. John Rescue Corps qalet li Jess kienet voluntiera attiva għal dawn l-aħħar tliet snin.
“Ħafna se jiftakruk għad-dedikazzjoni tiegħek lejn il-kawża tagħna; għall-qalb kbira tiegħek u t-tbissima sabiħa li kellek”, kitbu tas-St. John.
Clayton Luke Mula, ħabib tal-vittma, ukoll kiteb messaġġ ta’ kondoljanzi dwar il-ħabiba li kien ilu jaf għal snin twal minħabba s-sehem tagħhom fil-Maratona tal-Volleyball b’risq il-missjoni.
https://www.facebook.com/clmula/posts/10156419227485815
//= $special ?>