L-Air Malta fi stqarrija ikkonfermat li t-titjira tal-Ħadd filgħaxija minn Orly għal Malta ma’ ħadmitx wara li l-ajruplan kellu dewmien u ma kienx lest għat-tluq meta l-ajruport jagħlaq matul il-lejl.
L-istqarrija tkompli l-passiġġieri ttieħdu f’lukandi fil-viċinanzi tal-ajruport u t-titjira se titlaq minn Orly f’nofsinhar. Il-passiġġieri mistennija jaslu fis-2.35p.m., iktar minn 16-il siegħa wara l-ħin li suppost kellhom jiġu lura Malta.
L-Istqarrija tkompli li bħala konsegwenza ta’ dan id-dewmien, kien hemm ukoll dewmien fit-titjiriet lejn Heathrow, Fiumicino u Munich.
L-Air Malta tiskuża ruħha għal kull inkonvenjent minħabba ċirkostanzi li ma kellhiex kontroll fuqhom.
//= $special ?>