Id-difensur Marcos Rojo ġedded il-kuntratt ma’ Manchester Utd u issa hu marbut mar-Red Devils sal-2021. Rojo kien ingħaqad ma’ Man Utd wara li ntemmet it-Tazza tad-Dinja tal-2014 fejn kien spikka mal-Arġentina li kienu waslu sal-finali.
Dakinhar hu kien ħalla lil Sporting Lisbon u Man Utd kienu ħallsu s-somma ta’ 20 miljun ewro. Sa minn dakinhar ‘l hawn Rojo qatt ma kiseb post regolari mat-tim imma lagħab 66 darba mal-klabb Ingliż.
Intant, plejer ieħor ta’ Man Utd, id-difensur Daley Blind tħalla barra mill-iskwadra li sejjaħ il-kowċ tal-Olanda Ronald Koeman għall partiti ta’ ħbiberija li jmissu t-tim kontra l-Ingilterra u l-Portugall.
Blind ilu ma jilgħab sa mill-5 ta’ Jannar li għadda minħabba injury fl-għaksa.