Tmien klabbs mill-Kampjonat Premier applikaw biex iġibu l-liċenzja biex jipparteċipaw fil-kompetizzjonijiet Ewropew.
Din il-liċenzja hija meħtieġa biex klabb li jilgħab fl-Ewropa wara li jkun ġab ir-riżultati meħtieġa fil-kompetizzjonijiet lokali li jintitolawh li jipparteċipa fl-Ewropa.
It-tmien klabbs li applikaw f’ordni alfabetika huma’ Balzan, Birkirkara, Floriana, Gżira United, Ħamrun Spartans, Hibernians, Sliema Wanderers u Valletta. Wieħed minn dawn il-klabbs, Ħamrun Spartans irtiraw l-applikazzjoni tagħhom fil-proċess x’aktarx għaliex it-tim m’għadux aktar b’ċans li jikkwalifika fl-Ewropa għall-istaġun li ġej.
Il-liċenzja għall-kompetizzjoni Ewropej hu process ta’ moniteraġġ fuq diversi kriterji li kull klabb li japplika rrid jissodisfa fuq livell ta’ amministrazzjoni sabiex ikun jista’ jikkwalifika għal din il-liċenzja.
Fl-aħħar staġuni kellna żewġ klabbs li minkejja li għaddew għal post fl-Ewropa, dawn ma setgħux jilgħabu fil-kompetizzjoni Ewropea għaliex ma kienux ġabu l-liċenzja mmsemmija. Dawn kienu Birkirkara u Sliema Wanderers.
//= $special ?>