Lokali Turiżmu

Żieda fil-prezzijiet fir-ristoranti u fil-kafetteriji

Ċifri pubblikati mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru li fi Frar 2018 il-ħajja għoliet b’0.1% fuq Jannar biex ir-rata tal-inflazzjoni fit-tieni xahar tas-sena laħqet il-1.3%.

Il-fattur ewlieni li wassal għal din iż-żieda kien il-prezzijiet ogħla fis-settur tar-restoranti, inkluż fil-kafetteriji.

Min-naħa l-oħra kien hemm tnaqqis fis-settur tal-ħwejjeġ u ż-żraben dovuta primarjament għal roħs fil-ħwejjeġ.

Statistika tal-Eurostat turi li r-rata ta’ 1.3% reġistrata f’Malta fi Frar li għadda kienet l-istess bħall-medja tal-pajjiżi tal-UE u 0.2% aktar minn dawk fil-pajjiżi li għandhom l-Ewro.

L-iktar rata ta’ inflazzjoni baxxa kienet reġistrata f’Ċipru fejn kienet ta’ tnaqqis ta’ 0.4% mentri l-iktar rata għolja ġiet reġistrata fir-Rumanija bi 3.8%.