Fil-Qorti, Elliot Paul Busuttil ġie kkundannat 9 xhur il-ħabs fit-Taqsima Forensika tal-Isptar Monte Karmeli, dan wara li ammetta li kien qed iġorr arma li taqta’ u bil-ponta mingħajr liċenzja tal-Pulizija.
Minbarra li ammetta għal din l-akkuża, quddiem il-Maġistrat Monica Vella, ir-raġel ta’ 24 sena residenti San Pawl il-Baħar ġie kkundannat bħala riċediv hekk kif kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest u wettaq reat waqt li kien qiegħed iservi sentenza sospiża.
Madwar xahar ilu, Elliot Paul Busuttil kien inqabad b’pussess ta’ droga kokaina, kannabis u eroina meta Pulizija kienu għamlu tfittxija ġo residenza f’Buġibba. Flimkien mal-akkużat, kien hemm 6 persuni oħra akkużati bl-involviment fid-droga.
Għalhekk, fid-deċiżjoni tagħha, l-Maġisrat immultat lill-akkużat €116 dwar ġarr tal-armi illegali, filwaqt li ġie ordnat programm ta’ kontra l-vizzju tad-droga
//= $special ?>


