Edukazzjoni Lokali

FILMAT: Minn għada l-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb flimkien mal-Ghaqda tal-Malti se jtellgħu għal darba oħra l-Festival tal-ktieb fuq il-Kampus. Dan il-festival se jsir fil-quadrangle tal-Università ta’ Malta fil-21-22-23 ta’ Marzu u se jkun miftuħ fil-21 u fit-22 ta’ Marzu mid-9am sal-4pm u mid-9am sat-tard nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Marzu.

Il-programm huwa mimli attivitajiet, li jinkludu tnedijiet u preżentazzjonijiet ta’ kotba, intervisti u taħditiet ma’ awturi u bosta oħrajn. Dwar dan qaltilna aktar Sephora Francalanza, il-President tal-Għaqda tal-Malti fejn spjegat fid-dettall dak li se jkun hemm tul dawn it-tlett ijiem.

Sephora qalet lil dan is-sit ukoll il-ħidma tal-Għaqda tal-Malti tul is-sena u x’hemm pjanat għall-futur.

Dan il-festival tal-ktieb se jkun miftuħ kemm għall-istudenti u kif ukoll għall-pubbliku b’mod ġenerali li għandhom interess kbir u għal qalbhom il-letteratura Maltija fost l-oħrajn.

Segwi l-filmat għal aktar dettalji.