Futbol Sport

Futbol: Neymar b’possibbiltà li jirritorna f’Mejju

Rapporti fil-midja Franċiża qed jgħidu li l-attakkant ta’ PSG Neymar jista’ jirritorna għal logħob fil-finali tat-tazza domestika fit-8 ta’ Mejju li ġej, dejjem jekk PSG jeliminaw lil Caen fis-semifinali.

Neymar weġġa’ fi Frar li għadda u kien operat fl-għaksa u mistenni jitlef il-kumplament tal-istaġun.

Għall-ewwel kien hemm rapporti li jista’ jitlef anke t-Tazza tad-Dinja imma issa jidher li l-eksplejer ta’ Barcelona se jkun f’kundizzjoni tajba sal-ewwel ġimgħa ta’ Mejju.