Lokali Saħħa

L-MUMN se tiltaqa’ ma’ Steward Health Care

Illum l-MUMN se jkollha laqgħat mal-Ministru tas-Saħħa dwar is-sitwazzjonijiet tal-infermiera u ma’ Steward Health Care dwar il-bini tal-kampus il-ġdid għall-infermiera.

Colin Galea, is-Segretarju Ġenerali tal-MUMN, waqt Net LIVE semma’ kif il-bini tal-kampus il-ġdid qed jinkwieta lill-MUMN. Dan għaliex dan il-bini kien beda taħt il-VGH iżda għadhom mhux moħħhom mistrieħ li dan se jkompli taħt Steward Health Care.

Għaldaqstant, waqt il-laqgħa tal-lum, l-MUMN se tkun qed titlob għal ċertezzi fil-qasam tas-saħħa.