Waqt il-programm Net Live, il-President tal-Importaturi tal-Muturi John Mamo sostna li hemm bżonn ta’ preżenza ta’ Pulizija fit-toroq Maltin.
Hu semma’ li minkejja mhux favur l-ispeed cameras u li l-kontroll idejjaq ħafna nies, għandu bżonn ikun hemm kontroll fit-toroq Maltin għall-ġid ta’ kulħadd. Semma’ ukoll x’għandu jsir f’każ li wieħed ikun għaddej b’iktar veloċità milli suppost – li wieħed jitwaqqaf u jiġi spjegat x’konsegwenzi jista’ jkun hemm.
Matul il-programm, John Mamo spjega ukoll x’effetti jħallu t-tipi differenti ta’ barriers li jiġu installati fit-toroq Maltin.
//= $special ?>