Lokali Parlament

Il-logħob tan-nar għandu jkun kunsidrat bħala wirt intanġibbli ta’ Malta

Beppe Fenech Adami - Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista

– Beppe Fenech Adami, PN

Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami ppropona li fil-kuntest tal-konvenzjoni internazzjonali dwar il-wirt intanġibbli tal-pajjiżi, il-logħob tan-nar għandu jkun ikkunsidrat bħala wirt intanġibbli tal-poplu Malti.

Meta kien qed jitkellem fil-parlament Beppe Fenech Adami qal li l-logħob tan-nar jmur lura sa wara l-Assedju l-Kbir tal-1565 li ħa żvolta fi żmien l-Ingliżi. Dan hu parti mit-tradizzjonali Maltija tal-festa tar-raħal fejn l-ewwel logħob tan-nar li hu rikordjat fl-istorja kien sar fil-Għargħur.

Illum is-sitwazzjoni fil-pajjiż hi li hawn numru kbir ta’ kmamar tan-nar; b’kollox 39 kamra tan-nar li minnhom hemm konċentrazzjoni ta’ 26 kamra fin naħa t’isfel ta’ Malta, 9 kmamar fin-naħa ta’ fuq fuq u erba’ kmamr ta-nar f’Gaħwdex. Jirriżulta li mill-1882 mietu iktar minn 174 persuna kaġun ta’ inċidenti tal-logħb tan-nar.

Hu semma d-distanza u qal li din hi skont standards internazzjonali. Dwar is-sigurta, Fenech Adami tkellem dwar l-importanza tal-materjal tal-logħob tan-nnr u appella biex il-materjal li jintuża jkun ta’ kwalità. Beppe Fenech Adami tkellem ukoll dwar l-importanza tas-serjetà u l-karattru tal-persuni li jkollhom il-liċenzja biex jaħdmu fil-kmamar tan-nar.