Maria Efimova, il-whistleblower tal-kumpanija Egrant marret minn jedda f’għassa tal-Pulizija f’Ateni.
L-Efimova kien inħarġilha mandat ta’ arrest minn Malta wara li hi ma dehritx fil-Qorti f’kawża kontra l-Bank Pilatus.
Efimova għandha mandat ta’ arrest ieħor minn Ċipru.
Il-whistleblower Russa, Maria Efimova, kienet taħdem Pilatus Bank meta kienet qalet lill-ġurnalista Daphne Caruana Galizia li rat dokumenti li jikkonfermaw li l-kumpanija Egrant hija ta’ Michelle Muscat, il-mara tal-Prim Ministru Joseph Muscat. Il-ġurnalista li f’Ottubru nqatlet b’karozza bomba kienet allegat ukoll li fil-kumpanija Egrant daħlu mal-miljun dollaru mill-Ażerbajġan.
F’intervista ma’ ġurnal Ingliż Efimova kienet iddikjarat li jekk tiġi lura Malta, ma ddumx wisq ħajja.
B’hekk hi marret Kreta fejn għexet bil-moħbi għal dawn l-aħħar xhur flimkien ma’ żewġha u ż-żewġ uliedha.
B’hekk il-Qorti f’Ateni issa se tkun mitluba tiddeċiedi dwar it-talba ta’ Malta biex Efimova tinġieb lura Malta biex tidher fil-Qorti.
//= $special ?>
