Lokali

Kritika qawwija dwar il-gabbani li tpoġġew ħdejn it-Tritoni

Wara li fl-aħħar jiem fi Pjazza Tritoni tpoġġew mill-ġdid numru ta’ gabbani, fuq il-midja soċjali bdew jinxterdu diversi ritratti bi kritika qawwija għal dawn il-gabbani, b’mod speċjali għad-disinn ta’ dawn il-gabbani.

Dawn kienu deskritti bħala “containers” jew saħansitra kien hemm min qabbilhom ma’ “lattrini”.

Din issegwi kritika oħra li kienet qamet dwar il-bankarelli tal-monti, bankarelli li baqgħu fuq l-ixkaxxa u baqa’ ma’ sar xejn minkejjja li diġa għaddew 3 xhur mill-bidu tal-Belt Kulturali Ewropea.