Waqt konferenza tal-aħbarijiet organizzata mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Presidenza Bulgara tal-Kunsill Ewropew, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea Frans Timmermans sostna li l-Unjoni Ewropea se tibqa’ tosserva mill-qrib lill-pajjiżna dwar is-saltna tad-dritt u ma jeskludix li jittieħdu sanzjonijiet.
Hu ħabbar li sal-aħħar ta’ din is-sena, il-Kummissjoni Ewropea se tkun qed tipproponi mekkaniżmu ġdid sabiex tanalizza s-saltna tad-dritt fi stati membri tal-Unjoni Ewropea.
Timmermans kien mistoqsi ukoll dwar l-allegati kickbacks li Keith Schembri, iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, irċieva mill-bejgħ tal-passaporti, skema li l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia kienet qed taffaċċja theddid legali talli kienet tikteb fuq din l-istess skema.
Hu saħaq li l-Unjoni Ewropea qed tagħmel dak kollu li tista’ u li l-Maltin jistgħu jserrħu rashom u joqogħdu fuq il-Kummissjoni Ewropea.
//= $special ?>