Lokali

Żagħżugħa tittajjar minn karozza max-xatt tal-Imsida

It-tfajla ta' 19-il sena ssofri ġrieħi gravi wara li ttajret minn karozza misjuqa minn mara ta' 68 sena

Għall-ħabta tal-11.05 ta’ filgħodu, seħħ inċident tat-traffiku fi Triq ix-Xatt l-Imsida.

NET News hu infurmat li żagħżugħa ttajjret minn vettura fit-triq ta’ ġewwa ta’ max-xatt tal-Imsida, hekk kif kellha tinżel fit-triq minħabba li fuq iż-żewġ naħat tat-triq kien hemm vetturi pparkjati.

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li żagħżugħa ta’ 19-il sena mill-Oman, għal xi raġuni sfat milquta minn vettura tat-tip Hyundai i20 li kienet qed tinstaq minn mara ta’ 68 sena li toqgħod il-Gżira.

Fuq il-post marret ambulanza li ħadet lit-tfajla lejn l-isptar Mater Dei għal kura, fejn ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi gravi.