Fil-parlament il-Viċi-Kap tal-PN David Agius u d-deputati Nazzjonalisti Mario Galea, Robert Cutajar u Edwin Vassallo appellaw għal soluzzjonijiet immedjati quddiem id-diversi sfidi li qed jiffaċċjaw il-kmamar tan-nar fosthom dik dwar id-distanzi mit-toroq partikolarment wara d-deċiżjoni tal-qorti.
Il-poplu għandu jkun jaf meta jkun qed jinħadem il-logħob tan-nar
– Il-Viċi-Kap tal-Oppożizzjoni għall-Ħidma fil-Parlament David Agius
Il-Viċi-Kap tal-PN David Agius qal li d-deputati huma t-tarka tal-poplu u qal li hu pożittiv li l-parlament jirreaġixxi għaċ-ċirkostanzi fil-pajjiż. Il-kamamr tan-nar għandhom jibqgħu jeżistu bis-sigurtà kollha għax madwarhom hemm nies li jaqilgħu l-għajxien tagħhom. Il-poplu għandu jkun jaf li jkun għaddej ix-xogħol fil-kmamar tan-nar u li l-persuni li jaħdmu n-nar jaħdmu f’ambjent sigur.
David Agius kompla li dak li qed iseħħ fil-kmamar tan-nar u madwarhom ikun tal-ogħla livell biex ma jkunx hemm iktar imwiet.
Persuni li jkunu taħt kura mentali m’għandhomx jitwaqqfu milli jidħlu jew jaħdmu fi kmamar tan-nar
– Mario Galea, PN
Id-deputat Nazzjonalista Mario Galea appella biex il-persuni li jkunu taħt kura mentali ma jkunu mwaqqfa milli jidħlu u jaħdmu fi kmamar tan-nar.
fil-parlament Mario Galea qal li m’hemm l-ebda evidenza li l-persuni bi problemi mentali jikkaġunaw vjolenza jew atti kriminali. Din l-impressjoni qed twassal għall-istigma u kif iktar persuni qed jiddejqu jmorru għall-kura. Hu qal li hawn diversi persuni li marru għand psikjatra li xorta jitħallew fix-xogħol tagħhom u ma jitwaqqfux.
Il-liġi ma titkellimnx dwar min imur fis-sakra fil-kamra taa-nar iżda titkellem fuq abbuż minn droga. Hu apellla biex il-liġi tkun modifikata biex ma jkunx hemm stigama dwar persuni li jkollhom problemi mentali u biex ma titneħħiex il-liċenzja tal-kamra tan-nar li dawn il-persuni.
L-aktar mard mentali serju hu kurabbli bla problemi ta’ xejn għall-persuni involuti u għalhekk ma jkunx hemm problemi. Għandha ssir policy kontinwa dwar mard mentali fil-kuntest ta’ persuni li jkunu qed jingħtaw kura għall-mard mentali.
Għandu jinħareġ il-permess għall-kamra tan-nar fil-Mellieħa – Robert Cutajar, PN
Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar appella biex l-applikazzjoni pendenti għal kamra tan-nar fil-Mellieħa tkun approvata u jinħarġu l-permessi meħtieġa.
Fil-parlament Robert Cutajar qal li l-PN jirrikonoxxi bil-kbir lid-dilettanti tan-nar fil-pajjiż u semma’ l-ħidma li dawn iwettqu u l-istennija li jkollhom il-familjari. Hu sellem lil min ħalla ħajtu fil-logħob tan-nar u appella biex il-permess għall-kamra tan-nar fil-Mellieħa jinħareġ.
Għandu jkun hemm rispett reċiproku bejn id-dilettanti tan-nar lejn il-ħajja tagħhom u lejn il-familjari tagħhom flimkien ma’ rispett lejn ir-residenti, sostna Robert Cutajar, li appella biex ikun hemm l-attenzjoni meħtieġa biex ikunu evitati l-inċidenti fil-kmamar tan-nar.
Jeħtieġ soluzzjoni ġenerali dwar id-distanzi tal-kmamar tan-nar mit-toroq jew passaġġi – Edwin Vassallo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo appella biex, fil-kuntest tad-distanzi tal-kmamar tan-nr mit-taroq, tinsab soluzzjoni wara s-sentenza tal-qorti li ddikjarat li kull passaġġ hi triq. B’din id-deċiżjoni ntlaqtet il-kamra tan-nar tal-Mosta iżda jistgħu jintlaqtu l-kmamar kollha f’Malta. Għalhekk għandha tinstab soluzzjoni biex ma jkunx hemm diffikultajiet għall-kmamar tan-nar kollha li kollha jistgħu jiġu dikjarati rregolari.
//= $special ?>