Il-kumpanija Amerikana Light għadna kif nidiet it-telefown ċellulari bl-isem Light Phone 2 – mobile li hu sempliċiment mezz biex iċċempel, tirċievi telefonati u tikkomunika bl-sms.
Dan iċ-ċellulari minimalistiku (u ħafif fil-piż) la fih emails, la għandu aċċess għall-internet u ovjament lanqas social media. Fil-Light Phone 2 lanqas hemm camera installata, u allura jmur totalment ‘il bogħod mill-ismartphones ikkumplikati li mdorrijin naraw f’idejna.
Għalkemm, fejn tidħol mużika wieħed m’għandux jinkwieta għax isib playlist.
Il-kumpanija li ħolqot dan il-kunċett qed tinsisti li dan huwa t-telefown ċellulari “għal persuni umani”.
//= $special ?>