Kurżitajiet Xjenza u Teknoloġija

Mobile mingħajr internet, emails u ritratti

B'dehra minimalistika u ħafif ħafna fil-piż

Il-kumpanija Amerikana Light għadna kif nidiet it-telefown ċellulari bl-isem Light Phone 2 – mobile li hu sempliċiment mezz biex iċċempel, tirċievi telefonati u tikkomunika bl-sms.

Dan iċ-ċellulari minimalistiku (u ħafif fil-piż) la fih emails, la għandu aċċess għall-internet u ovjament lanqas social media. Fil-Light Phone 2 lanqas hemm camera installata, u allura jmur totalment ‘il bogħod mill-ismartphones ikkumplikati li mdorrijin naraw f’idejna.

Għalkemm, fejn tidħol mużika wieħed m’għandux jinkwieta għax isib playlist.

Il-kumpanija li ħolqot dan il-kunċett qed tinsisti li dan huwa t-telefown ċellulari “għal persuni umani”.