Bħalma jħobbok annimal, ma jħobbok ħadd. B’dak il-ħsieb f’moħħu, Twanny Vella dawwar ħolma f’realtà biex jittella’ monument f’Ħal Għaxaq għal aktar kuxjenza favur l-annimali.
Iltqajna ma’ Twanny fi pjazza f’Dawret Ħal Għaxaq, li sa ftit snin ilu kienet biss biċċa art mitluqa u maħmuġa. Iżda Twanny ħoloq kumitat ta’ voluntiera, li madwar 10 snin ilu talab lill-Gvern għal din il-biċċa biex jirranġaha u eventwalment jittella’ l-monument.
Fil-fatt, l-art ingħatatilhom fl-2010 jew l-2011, bil-grupp ta’ persuni ħadu ħsieb jiżbarazzawha, jibnuha u jiżbgħuha biex illum hemm pjazza żgħira li tinkludi wkoll xi ftit bankijiet.
//= $special ?>
