“Strieħ fis-Sliem ibni. Ninsab bla kliem!”
Kien dan il-messaġġ li ħalla fuq Facebook Simon Aloisio, missier ir-raġel ta’ 36 sena li miet traġikament ilbieraħ f’inċident bil-mutur fi Triq il-Kosta – it-tieni inċident tax-xorta tiegħu f’temp ta’ 24 siegħa.
Daryl Aloisio miet l-isptar ftit ħin biss wara li ddaħħal il-Mater Dei meta għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur Yamaha FZ6 u ħabat ma’ barrikati li hemm f’nofs it-triq biex jifirdu l-karreġġjati ta’ Triq il-Kosta.
Kienu bosta qraba u ħbieb li esprimew is-sogħba tagħhom għall-mewt ta’ dan l-isportiv, speċjalment dawk li kienu imorru jitħarrġu f’gym fiż-Żejtun, fejn Alosio kien jaħdem bħala instructor. Fost bosta messaġġi ntqal kemm Alosio kien bniedem ferrieħi. Daryl huwa wkoll dilettant tal-muturi.
It-tfajla ta’ Daryl, Maria, iddeskrivietu bħala persuna li dejjem wera mħabba u rispett.
//= $special ?>