Kelb żgħir spiċċa maqtul waqt mixja fiż-żona industrijali f’Bulebel. Dan hekk kif sid il-kelb Ruby ħarġu passiġġata tas-soltu, meta f’daqqa żewġ klieb ta’ daqs medju ħarġu minn imkien u attakkaw lil dan il-kelb żgħir. Iż-żewġ klieb ta’ kulur abjad bi ftit tbgħajja suwed, li attakkaw kienu qegħdin bla ċinga jiġru ma’ sidhom.
Jidher li waqt li ż-żewġ klieb kienu qegħdin jattakkaw u jigdmu lil dan il-kelb żgħir tat-tip Pomeranian, sid il-klieb li attakkaw mar jipprova jwaqqafhom milli jkomplu jgerrmu fih – bil-konsegwenza li gidmu lilu stess. NET News irnexxielu jikseb ritratt waqt l-attakk tal-klieb stess. Kien f’dak il-mument li dawn l-istess klieb daru fuq sidhom stess u gidmuh.
Għalkemm mhux daqstant ċar, fir-ritratt t’hawn taħt jidher Ruby biċ-ċinga imdendel – waqt li sid il-klieb jipprova jifred il-klieb li attakkaw.
Sid Ruby, il-kelb li safa attakkat, mal-ewwel ċanfar lis-sid li ħalla l-klieb jiġru bla ċinga li sippost dejjem il-klieb ikunu marbutin. Madanakollu, sid il-kelb beda jiddiħak meta qalulu li se jagħmlulu rapport. Wara żied li peress li l-klieb gidmu lilu wkoll, se jkollu jmur iċ-ċentru tas-saħħa hu stess biex idewwi idu.
Ruby ittieħed mal-ewwel għand veterinarju, iżda kollu kien għalxejn għaliex ftit wara miet, filfatt Ruby jidher infaxxat fir-ritratt. Għalhekk, sid Ruby mar jagħmel rapport dwar sid il-klieb li ħalla l-klieb jiġru mingħajr ċinga u li qatlulu l-kelb tiegħu għand il-Pulizija. Sid Ruby irrapporta wkoll li dan il-persuna ngidem u kellu jmur ġo ċentru tas-saħħa għall-għajnuna hu stess.
Iżda, ir-risposta tal-Pulizija kienet li hemm ħafna nies li jmorru ġo ċentru ta’ saħħa għall-għajnuna medika, u għalhekk kien diffiċli li jsibuh.
F’din iż-żona f’Bulebel, jidher li fil-qrib hemm Childcare Centre, u anke fil-post fejn ħafna nies imorru dawra bil-klieb ikun hemm tfal oħra jilgħabu.
Għalhekk sid Ruby għamel appell fuq Facebook għall-għajnuna – biex kull min għandu xi informazzjoni jċempel fuq 99010293 jew 99972297.
Aġġornata:
Jidher li l-għada li sar dan l-inċident, sid il-klieb li attakkaw u qatlu lill-kelb Ruby mar l-għassa tal-Pulizija jgħidilhom il-verżjoni tiegħu. Dan ġie mistqarr minn status li t-tifel tiegħu tefa’ fuq il-media soċjali:
//= $special ?>