Lokali

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi wara inċident fiż-Żurrieq

L-Isptar Mater Dei - Mill-Arkivji

Żagħżugħ ta’ 23 sena miż-Żurrieq sofra xi ġrieħi wara li ttajjar fi Triq Valletta, fiż-Żurrieq stess.

Jirriżulta li fl-inċident, li seħħ fid-disgħa ta’ filgħodu, iż-żagħżugħ kien qed isuq mutur tat-tip Honda CBR meta għal xi raġuni ntlaqat minn vettura tat-tip Mitsubishi misjuqa minn raġel ta’ 54 sena residenti Ħal Balzan.

Is-sewwieq tal-mutur kellu bżonn il-kura u għalhekk ittieħed l-isptar għall-kura.