Raġel armat li wettaq sparatura fi skola għolja ta’ Maryland miet wara li spiċċa midrub u wara li kien ħalla żewġ studenti feruti. Id-drama seħħet fl-iskola ta’ Great Mills, lejn ix-xlokk ta’ Washington, bis-sitwazzjoni, issa, tinsab taħt kontroll.
Iż-żewġ studenti midruba ddaħħlu l-isptar fejn wieħed minnhom jinsab f’kundizzjoni kritika. L-aggressur responsabbli, intant, tilef ħajtu sigħat wara li spara għal fuqu gwardjan tas-sigurtà li kien fl-iskola.
Il-vjolenza seħħet ftit wara li bdew il-lezzjonijiet tal-ġurnata, bl-aggressur jiftaħ in-nar fuq xi studenti fil-kuritur tal-iskola. Fil-pront intervjena gwardjan armat li kien fuq il-kampus u rnexxielu jolqot lill-aggressur b’tiri wara li talaħħar kien beda jispara għalih.
Dan l-inċident seħħ xahar wara li żgħażugħ armat sa snienu kien spiċċa joqtol 17 il-persuna waqt sparatura fi skola ta’ Parkland, fi Florida.
//= $special ?>

