Internazzjonali

3 persuni mejta fi splużjoni f’Katanja

3 persuni, żewġ pumpiera u anzjan mietu kawża ta’ splużjoni kkawżata minn gass f’Katanja. Żewġ pumpiera oħra ndarbu fl-inċident li seħħ f’Via Garibaldi.

Jirriżulta li xi ġirien irrappurtaw li kien hemm ħruġ ta’ gass f’ħanut tat-tiswija tar-roti. Malli waslu l-membri tal-Protezzjoni Ċivili, jidher li dawn użaw sega tal-elettriku biex fetħu aċċess iżda jidher li l-ispark  li rriżulta mis-sega tal-elettriku wassal għall-isplużjoni.

Tnejn mill-pumpiera mietu fuq il-post waqt li tnejn oħra ttieħdu l-isptar minħabba ġrieħi serji.