Lokali

Raġel iweġġa’ gravi f’inċident tat-traffiku fil-bypass tal-Imrieħel

Ritratt: Martin Agius

Raġel ta’ 54 sena weġġa’ gravi meta llum wara nofsinhar kien involut f’inċident tat-traffiku fil-bypass tal-Imrieħel.

Fl-inċident kienu nvoluti tliet qrib it-traffic lights tal-MFSA.

Jidher li l-impatt seħħ bejn 2 vetturi u t-tielet karrozza spiċċat fuq karrozza kawża tal-impatt u ma kien hemm ebda passiġiera abbord.

Sewwieq tar-Range Rover, Rabti ta’ 54 sena, ittieħed l-isptar bl-ambulanza għat-trattament mediku iżda s’issa l-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa. Il-vetturi l-oħra nvoluti f’dan l-inċident kienu Citroen, misjuqa minn raġel ta’ 53 sena minn Ħad-Dingli, u żagħżugħ ta’ 19-il sena li kien qed isuq Volkswagen Golf.

(Ritratti: Martin Agius)