Futbol Sport

Ħames plejers tal-Kampjonat Premier sospiżi logħba

(Ritratt: MFA)

Il-Kummissarju tad-Dixxiplina tal-MFA ssospenda ħames plejers mill-Kampjonat Premier wara l-partiti ta’ tmiem il-ġimgħa. Il-plejers huma Alfred Effiong (Balzan), Lucas Maia (Birkirkara), Ivan Maric (Mosta), Julian Leyton (Senglea Athletic), Ricardo Correa (Sliema Wanderers).

Alfred Effiong se jitlef il-konfront kontra Tarxien Rainbows filwaqt li Ricardo Correa se se jitlef il-konfront ta’ Sliema Wanderers kontra Floriana. Lucas Maia se jitlef il-logħba li Birkirkara għandhom kontra Hibernians filwaqt li Ivan Maric u Julian Leyton se jitilfu l-logħba bejn Mosta u Senglea Athletic.

Tmien plejers ġew sospiżi mill-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni. Dawn huma Melvin Busuttil (Marsa), Fabien Lufi (Melita), Gianfranco Micallef (Mqabba), Mark Farrugia (Qrendi), Mark Barbara (Qrendi), Wayne Borg (Rabat), Christian Caruana (Sirens), Luke Galea (Sirens).

Luca Martinelli (Attard), Joshua Barbara (Fgura), Leon Zammit (Mġarr United), Mauro Brincat (Siġġiewi) u Loumar Cutajar, Mattia Mentosa, Marlon Farrugia (St. George’s) kienu sospiżi mit-Tieni Diviżjoni.

Erba’ plejers mit-Tielet Diviżjoni kienu wkoll sospiżi logħba. Dawn huma Vince Camilleri (Għaxaq), Nicholas Cauchi (Msida St. Joseph), Dino Bonnici u Josef Felice (Żurrieq).