Il-Kap tal-Oppożizzjoni, Adrian Delia, dalgħodu għamel żjara ta’ kortesija fil-post tax-xogħol li serva fih għall-25 sena, il-Qrati tal-Ġustizzja.
F’indirizz lill-membri tal-amministrazzjoni tal-Qorti, Adrian Delia, bħala kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Ġustizzja, saħaq li l-ġustizzja għandha tingħata l-importanza kollha meħtieġa bħala pilastru ewlenija tad-demokrazija.
Appella lill-istess membri sabiex jeżerċitaw xogħolhom b’reqqa liema bħala biex mhux biss issir il-ġustizzja, iżda tidher li qed issir. Kwanlunkwe dewmien fil-proċessi ġudizzjarji jistgħu jsarrfu f’ċaħda tal-istess ġustizzja.
Huwa għex il-problemi amministrattivi tal-ġustizzja li jaf ikunu tort il-leġiżlatur. Għalhekk l-Oppożizzjoni se tkun strumentali bi kritika kostruttiva sabiex tixpruna lill-Gvern biex jitjiebu l-proċessi ġudizzjarji.
Għal Delia din iż-żjara ma kinitx waħda normali għaliex fakkar b’nostalġija l-bosta memorji tiegħu ta’ dan il-post waqt li żar l-uffiċjini, awli u kurituri tal-Qorti. Huwa għex iktar minn nofs ħajtu f’dan il-bini għaliex beda jiffrekwenta l-kurituri tal-istess Qorti fl-età ta’ 15-il sena bħala student-ħaddiem. Mument ħlejju kienet iż-żjara fl-Arkivju tal-Qorti fejn irnexxielu jsib it-teżi li kien għamel l-Università.
F’din iż-żjara, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kien akkumpanjat mill-kandidati tal-Partit Nazzjonalista, Errol Cutajar u Janice Chetcuti.
(Ritratti – Martin Agius)
//= $special ?>