Fl-okkażjoni tal-Jum Dinji tad-Down Syndrome, il-Partit Nazzjonalista jenfasizza li jrid soċjetà li taħdem favur in-nies l-aktar vulnerabbli, fosthom persuni li bil-kundizzjoni tad-Down Syndrome.
Dan sabiex jingħataw l-aktar opportunitajiet sabiex jilħqu l-milja ta’ ħajjithom u jikkontribwixxu bis-sħiħ fis-soċjetà tagħna. Il-Partit Nazzjonalista determinat li jibqa’ jaħdem sabiex niżguraw li ħadd ma jibqa’ jew jaqa’ lura.
Fi stqarrija f’isem il-Kelliem għall-Persuni b’Diżabbiltà Maria Deguara, il-Partit Nazzjonalista esprima l-apprezzament lill-ġenituri, lill-għaqdiet u lil dawk kollha li jaħdmu favur persuni bid-Down Syndrome. Dawn il-persuni juri impenn qawwi lejn in-nies affetwati u jaħdmu kontinwament favur għarfien akbar fis-soċjetà tagħna dwar din il-kundizzjoni.
Il-Partit Nazzjonalista jawgura lill-Assoċjazzjoni tad-Down Syndrome kull suċċess b’risq il-persuni affetwati minn din il-kundizzjoni. Din l-integrazzjoni taqbel għas-soċjetà, kif turi t-tema ta’ din is-sena għal din il-ġimgħa ta’ kuxjenza.
In-nies li huma affetwati mill-kundizzjoni tad-Down Syndrome jistgħu jikkontribwixxu ħafna lill-komunitajiet u s-soċjetà tagħna. Il-Partit Nazzjonalista jemmen li kull individwu għandu x’joffri biex tiġġedded is-soċjertà Maltija u għaldaqstant nemmnu li lkoll għandna kontribut siewi x’noffru.
B’dan it-twemmin, il-Partit Nazzjonalista se jibqa’ jiddefendi d-dritt tal-ħajja ta’ kull persuna sa’ mill-konċepiment tagħha. Għalhekk ma nistgħu naċċettaw qatt li persuna fil-ġuf titlef dan id-dritt hi x’inhi l-kundizzjoni fiżika tagħha.
Dan aktar u aktar meta nafu li trabi li jkunu affettwati minn xi kundizzjoni bħalma hija d-Down Syndrome jkunu mira ferm akbar għall-abort.
//= $special ?>