Lokali

Il-Prim Ministru u l-Ministru tal-Finanzi għandhom jerfgħu r-responsabbiltà politika

L-Oppożizzjoni insistiet mal-Gvern li quddiem l-arrest taċ-Chairman tal-Bank Pilatus Ali Sadr, il-Prim Ministru Joseph Muscat u l-Ministru tal-Finanzi għandhom jerfgħu r-responsabbiltà politika.

Fil-parlament llejla l-Ministru tal-Finanzi Edward Scilcuna għamel stqarrija ministerjali fejn rrifera għall-arrest ta’ Ali Sadr fl-Istati Uniti. Skont id-dokument ta’ akkuża hu allegat li Sadr pparteċipa fi skema biex jikser is-sanzjonijiet tal-Istati fuq l-Iran fejn kienu trasferiti 115-il miljun dollaru.

Dawn kienu qed jintużaw biex ikun finanzjat bini ta’ djar fil-Venezwela fl-2007. L-akkużi jinkludu wkoll li l-finanzjarjament u l-pagamenti tal-proġett li twaqqaf fl-2010 saru permezz ta’ banek barra minn Malta fosthom fl-Isvizzera, t-Turkija u fil-British Virgin Island. Sadr hu shareholder fil-Pilatus Banki, li hu liċenzjat f’Malta u li beda l-proċess għal-liċenzja fl-2012 u temm il-proċess fl-2015. L-ebda parti mid-dokument ta’ akkuża ma tissemma’ Malta fiha jew xi bank liċenzjat f’Malta. Kull proċess dwar dan il-każ għad irid jibda fl-Istati Uniti.

Hu qal li kien kellem lill-Gvernatur tal-Bank Ċentrali u l-MFSA biex issir diskussjoni dwar l-iżviluppi. Il-Gvern hu nformat li ltaqa’ l-Kunsill tal-MFSA; li l-istruttura tiegħu hi governata minn regoli internazzjonali. Il-Kunsill iddeċieda li jittieħdu numru ta’ miżuri sinifikanti fil-konfront tal-Pilatus Bank; liema miżuri se jitħabbru hekk kif ikunu ċirkolati.

Il-Viċi-Kap tal-PN David Agius informa lill-parlament li l-Kap tal-Oppożizzjoni jinsab fi triqtu lejn Brussell fuq xogħol tal-PN għaliex l-Oppożizzjoni kienet informata ftit minuta ilu b’din l-istqarrija.

Id-deputat Nazzjonalista Kristy Debono qalet li kienet tistenna stqarrija iktar qawwija quddiem is-sitwazzjoni ta’ ħasda għas-settur, li jeħtieġlu reputazzjoni pożittiva biex jibqa’ għaddej. Dan hu settur kruċjali għall-pajjiż u jħaddem eluf ta’ Maltin u barranin u jiddependi mir-reputazzjoni tal-pajjiż, speċjalment fejn jidħol is-settur bankarju. Hi ħasra li l-pajjiż jinsab f’din is-sitwazzjoni għaliex hu ma jwettaqx l-investigazzjonijiet meħtieġa biex issa l-pajjiż hu espost għal wieħed mill-ikbar riskji.

Kristy Debono appellat għal investigazzjoni serja u indipendenti dwar kif il-Bank Pilatus tħalla jopera wara li fl-2014 ingħata l-liċenzja biex fl-2015 ingħata l-liċenzja l-oħra għal servizzi ta’ investiment. Għandu jkun investigat jekk l-FIAU u l-MFSA tħallewx jaħdmu fuq dan il-bank u jekk dawn tħallewx jagħmlu d-due diligence kif suppost. Għandha tinħatar task force u jsir pjan biex ir-reputazzjoni tas-settur finanzjarju tkun restawrata.

Id-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil qal li l-arrest ta’ Sadr, li qed jiffaċċja 125 sena ħabs, jagħti tama ġdida li ż-żejt jitla’ f’wiċċ l-ilma u l-ġustizzja tista’ ssir. Il-Ministru ma qalx li dawn l-akkużi jinkludu wkoll ir-reat gravissimu ta’ ħasil ta’ flus. Il-qasba ma ċċaqċaqx għal xejn. Sadr hu sid ta’ bank reġistrat taħt il-Ministru Scicluna u taħt il-Prim Ministru Muscat. Il-bank hu implikat f’ħasil ta’ flus għal diversi drabi fejn kull rapport tal-FIAU jissemma’ Pilatus Bank.

Simon Busuttil qal li Keith Schembri, Adrian Hillman, Brian Tonna u l-poltiċi tal-Ażerbajġan kollha għandhom kont fil-Bank Pilatus. Din hi xi ħaġa serja u mhix tad-daħk; il-PN ilu jgħid dan is-snin iżda l-Gvern m’għamel xejn anzi ħatfu l-istituzzjonijiet kollha tal-pajjiż li setgħu u misshom għamlu xi ħaġa iżda m’għamlu xejn. Illum ma jistgħu jagħmlu xejn dawk li suppost ħadu azzjoni. Dak li m’għamlux huma llum għmaluh l-Istati Uniti tal-Amerika. Hu staqsa meta l-Ministru tal-Finanzi se jagħlaq Pilatus Bank għal dejjem u meta se tintrefa’ r-responsabbiltà politika mill-Ministru tal-Fianzi u l-Prim Ministru.

Id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco qal li wasal iż-żmien li l-Ministru tal-Finanzi jerfa’ r-responsabbiltà politika li ilu jaħrab għal snin. Taħt it-tmexxija tal-Ministru tal-Finanzi, f’Jannar tal-2014 ingħata liċenzja biex jopera.

Fir-realtà sar rapport tal-FIAU li sab numru ta’ irregolaritajiet fil-Bank, kien hemm rapport tal-FIAU li sab irregolaritajiet u kickbacks fil-bejgħ tal-passport bejn Keith Schembri u Brian Tonna, investigatur ewlieni tkeċċa flok ingħata protezzjoni waqt li l-PANA Committee tal-parlament Ewropeew taleb investigazzjoni dwar il-Bnak Pilatus. Minkejja dan il-Bank Pilatus għadu jopera sal-lum. Il-gvern għandu jerfa’ r-responabbiltà politika ta’ dan kollu.

Id-deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone qal li ma jistgħux jittieħdu deċiżjonijiet mhux qawwija fil-konfront ta’ persuni bħal Sadr u appella biex il-gvern isaħħaħ l-istituzzjoni, l-MFSA, l-FIAU biex l-impjiegi jkunu protetti.

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li issa kien żvelati l-passi sinifikanti mill-MFSA fejn tħabbar li Sadr ikun sospiz minn direttur, li d-diretturi u l-uffiċjali tal-Pilatus ma jkunux jistgħu jiġbdu u jiddepożitaw flus u staqsa jekk il-Ministru tal-Finanzi issa jemminx li r-rapporti tal-FIAU kinux saru biex ikunu żvelati.

Hu staqsa x’responsabbiltà politika se jerfa’ l-Ministru tal-Finanzi meta hu magħruf li l-Amerikani ilhom jinvestigaw mill-2013 iżda xorta għadda d-due diligence. Jason Azzopardi staqsa kif għadda dan id-due diligence b’dawn l-akkużi u fakkar kif il-Ministru tal-Finanzi kien iddefenda l-opepat tal-Bank Pilatus kontra r-rapporti tal-FIAU.

Id-deputat tal-PD Godfrey Frarugia staqsa għaliex ma tneħħietx il-liċenzja tal-Bank Pilatus u jekk il-Ministru jħossx li l-miżuri humiex biżżejjed.

Id-deputat Nazzjonalista David Stellini qal li l-Kummissjoni Ewropea iddikjarat li l-korruzzjoni hu fattur problematiku biex isir in-negozju f’Malta. Hu staqsa jekk issa l-Gvern jemminx li l-Kummissarju Ewropew Karmenu Vella marx ixxewwx kontra Malta!

Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquiliana qal li l-Ministru tal-Finanzi għandu l-wiċċ li jmur il-parlament u jagħti l-impressjoni li ħadd ma jaf min hu Ali Sadr meta kulħadd rah ħiereġ bil-baglaji mill-Bank Pilatus; li ngħata l-liċenzja mill-Gvern Laburista. Il-Gvern u l-pajjiż ilu jaf li Sadr għandu problemi kriminali li jmorru lil hinn mill-pajjiż. L-FIAU kienet taf il-karattru ta’ Ali Sadr iża dan ir-rapport kien moħbi. Hu staqsa kif il-Ministru ilu jaf b’dawn l-affarijiet u ma ħa l-ebda azzjoni.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li l-Amerikani ilhom jafu iktar minn sena iżda m’għamlu xejn għax il-proċess jieħu ż-żmien. Il-pubblikazzjoni tar-rapport tal-FIAU seta’ ippreġudika l-investigazzjonijiet f’pajjiżi oħra. Il-każ ġara bjen l-2017 u l-2010 iżda l-Amerikani investigaw meta kellhom l-informazzjoni.

Il-Prim Ministru Muscat wieġeb li s-saltna tad-dritt tipprevali li d-deċiżjonijiet ma joħodhomx il-gvern iżda istituzzjoni indipendenti. Il-Ministru ma setax jgħid x’kienu l-miżuri għaliex ma kinx għadu jaf bihom. Hu qal li kien sodisfatt li Simon Farrugia am semmiex lill-amrta tiegħu fil-lista ta’ persuni li għandhom kont fil-Bank Pilatus. Id-deċiżjoni meħuda hi li ċ-Chairman tneħħa minn direttur u liċ-Chairman u tneħħewlu l-poteri eżekuttivi iżda kien hemm distinzjoni mal-operat tal-Bank.

Il-poteri ta’ vot bħala azzonjijiet fil-Bank ukoll tneħħew waqt li tneħħa kwoll il-pteri rappreżentattivi. Dwar il-Bank Pilatus, ingħataw struzzjonijiet lill-bank biex ma jsiru l-ebda transazzjonijiet bankarji mid-diretturi u minn kull persuni li għandha konnessi diretta jew indiretta magħhom. Il-Bank issa jrid l-approvazzjoni tal-MFSA għal kull moviment fl-assi li jrid jagħmel biex l-istabbiltà finanzajrja tkun msaħħa.

Il-Viċi-Kap David Agius qal li jirriżulta li l-Ministru tal-Finanzi diġà kellu l-istqarrija tal-MFSA meta ftit qabel qal li din ma kinitx għandu u allura kien gideb lill-Kamra. Id-deputat Laburista Silivo Schembri qal li hu kien ipprintja kopji u għaddieha lill-Ministru tal-Finanzi. David Agius talab ruling biex ikun speċifikat meta l-Isrkrivan tal-Kamra għadda l-kopji kif qal Silvio Scvhembri. Id-Deputat Speaker Claudette Buttigieg qalet li l-email intbgħatet fil-4.45 pm lill-Iskrivan tal-Kamra.

Il-Ministru tal-Finanzi qal li hu l-istqarrija tal-MFSA ma waslitx qabel hu temm id-diskors tiegħu. Hu qal li kien irċieva l-istqarrija fil-5.44 p.m. u sostna li l-MFSA qed tikkunsidra miżuri oħra li jistgħu jkunu applikabbli skont iċ-ċirkostanzi.

Il-Ministru tal-Finanzi appella għar-responsabbiltà u qal li anki l-Amerikani ma semmewx lill-banek involuti jew lill-familjari ta’ Sadr. Dwar l-FIAU hu qal li għndu fiduċja kollha fl-FIAU li kkoperat meta kien mitluba u meta tkun miltuba fl-UE u anki barra.