Ingliża ta’ 58 sena, li kienet riekba fuq xarabank, sofriet feriti gravi f’ħabta bejn karozza tat-tip Peugeot misjuqa minn żagħżugħa ta’ 26 sena minn San Ġwann u x-xarabank misjuqa minn raġel ta’ 51 sena minn San Pawl il-Baħar.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.15pm fi Triq Ġorġ Borg Olivier f’San Ġiljan.
Minbarra l-Pulizija, fil-post issejjaħ tim mediku, li ħa lill-Ingliża l-Isptar Mater Dei għall-kura. Hemm, hi kienet iċċertifikata li qed issofri minn feriti gravi.
Aktar investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

