Ambjent Lokali

Ir-rabja fil-Mellieħa kompliet tikkarga

L-assigurazzjoni tal-Ministru b'post fuq Facebook mhux biżejjed

Ftit tal-ħin ilu l-erba’ kunsilliera f’isem il-PN fil-Kunsill Lokali Mellieħa talbu b’mod uffiċjali sabiex tissejjaħ laqgħa b’urġenza tal-Kunsill dwar il-każ oxxen li għaddej bhalissa fil-bypass tal-Mellieħa, li tinkludi ukoll il-binja li tiela’ bħalissa.

Fis-sigħat li ġejjin se nkomplu naġġornawkom dwar din is-sitwazzjoni li għadha mhix iċċarata.

Il-kontroversja bdiet numru ta’ ġimgħat ilu meta, kawża ta’ bini li qed isir, il-bypass tnaqsitilha karreġjata.