Il-militar Iżraeljan għamel ammissjoni rari li kien wettaq attakk mill-ajru fis-Sirja. Attakk li jmur lura għall-2007 u fil-mira kien hemm impjant nukleari Sirjan f’Deir-al-Zour.
Dejjem kien hemm is-suspett ewlieni li Iżrael kien wara l-attakk imma qatt ma kien hemm konferma uffiċjali s’issa. Min-naħa l-oħra s-Sirja dejjem ċaħdet li dak li kien attakkat kien impjant nukleari imma dejjem kien hemm suspetti dwaru.
L-ammissjoni saret wara li tneħħiet ordni li kienet tipprojbixxi lill-uffiċjali mdaħħla f’din il-ħidma milli jiddiskutu x’ġara.
Mill-materjal li sar pubbliku, jirriżulta li l-attakk mill-ajru kien sar bejn il-5 u s-6 ta’ Settembru tal-2007 u fil-mira kien hemm l-impjant ta’ al-Kubar fid-deżert Sirjan. Fil-missjoni kienu ħadu sehem erba’ ajruplani Iżraeljani tat-tip F-16 u erba’ tat-tip F-15
Iżrael jammetti li attakka impjant nukleari Sirjan


