– Edwin Vassalo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo qal li minħabba li l-Gvern m’għandux moralità, fil-pajjiż l-immoralità qed tintilef kuljum fejn il-ħajja qed issir bla valur.
Fl-Aġġornament Edwin Vassallo qal li s-sewwa qed ikompli jinqatel u sostna li kien quddiem il-Monument tal-Assedju li hu monument tal-qlubija. Dan il-monumet sar artal li qed jikkommemora l-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Id-deputat Nazzjonalista kompla li din hi ġimgħa kbira oħra li seħħet ġames xhur ilu bil-qtil ta’ persuna li kienet temmen fis-sewwa.
Fil-pajjiż hawn min qed jerġa’ joqtol għal darb’oħra; il-qtil tal-qtil u min qed joqtol it-tifkira tal-qtil. Xi ħadd iddeċieda li jżeblaħ l-ispazju fejn kien hemm ix-xemgħat f’ġieħ Daphne Carana Galizia. Is-seitwazzjoni hi waħda ta’ disprament, sostna Edwin Vassallo, li kompla li l-Gvern Malti ħalla l-każ tal-Bank Pilatus iżda l-Gvern Amerikan ressaq liċ-Chairman quddiem il-Qorti Amerikana propju ejn l-istes Chairrmna ried jieħu lil Daphne Cruana Carauana.
Il-pajjiż qed jgereq fil-ħmieġ tal-immorlaità anki jekk issa eluf se jieħdu sehem fil-purċissjonijiet tal-Ġimgħa l-Kbira. Il-fidi mhix ritwal jew senttiment ta’ mument. Il-gvern iħallas il-flus tan-niċċa tar-Redentur iżda ma jipproteġix lit-tarbija fil-ġuf. L-immoralità saret l-ordni tal-ġurnata.
Il-Prim Ministru tas-Slovakkja u nies qib tiegħu irriżenjaw wara l-qitl ta’ ġurnalista; dan hu pajjiż fejn għad hemm l-etika u fejn għad hemm politiċi li jistħu mill-poplu. Hawn Malta dan ma jsir qatt, sostna Edwin Vassallo, li kompla li l-importanti f’Malta li jiddaħħlu l-flus. Hu kkundanna d-diskors ta’ Josè Herrera meta kien qal li l-poplu jista jgħaddi bla reliġjon u bla etika.
//= $special ?>