Lokali

Laqgħa urġenti msejħa mill-MFSA; skiet totali mill-Kummissarju tal-Pulizija

Il-laqgħa ilha għaddejja mit-8:30am

Fil-binja tal-MFSA bħalissa għaddejja laqgħa ta’ emerġenza dwar il-liċenzja tal-bank Pilatus biex jopera f’pajjiżna. Il-laqgħa ilha għaddejja minn kmieni dalgħodu.

Mhux magħruf eżatt x’passi qed tieħu l-Pulizija wara li Ali Sadr ġie arrestat fl-Istati Uniti.

Sena ilu, meta Sadr kien inqabad jaħrab mill-bank Pilatus, il-Kummissarju Laurence Cutajar kien mar jiekol il-fenek l-Imġarr.