Lokali

FILMAT: “Il-liċenzja ta’ Pilatus għandha tiġi revokata”

Ftit tal-ħin ilu saret konferenza tal-aħbarijiet mill-Kap tal-PN Adrian Delia quddiem il-Qorti dwar l-aħħar żviluppi marbuta ma’ Pilatus Bank.

Fost l-oħrajn, il-Kap tal-PN appella lill-awtoritajiet jirrevokaw il-liċenzja tal-bank, wara li s-sid Ali Sadr ġie arrestat fl-Istati Uniti.

“Ir-responsabbilta’ tinsab fuq il-Prim Ministru u l-Ministru tal-Finanzi”, qal Delia fil-kummenti lill-media.

Il-Kap tal-PN esprima ukoll it-taħssib tiegħu fuq il-ħsara li qed issir mill-Gvern għas-settur finanzjarju. “Hemm bżonn inħarsu l-impjiegi f’dan is-settur”, qal Adrian Delia.