Knisja Lokali

Mons. Xuereb jiltaqa’ ma’ Benedittu XVI

Il-konsagrazzjoni Episkopali saret fil-Vatikan f'jum San Ġużepp

L-Arċisqof il-ġdid Mons. Alfred Xuereb, flimkien ma’ ommu u oħtu, aktar kmieni din il-ġimgħa għamlu żjara lill-Papa Emeritu Benedittu XVI fir-residenza tiegħu fil-Vatikan.

Dun Alfred fost l-oħrajn serva bħala t-Tieni Segretarju Partikulari ta’ Benedittu meta dan kien il-mexxej spiritwali tal-Knisja Kattolika.

Il-motto magħżul mill-Arċisqof il-ġdid bħala parti mill-arma tiegħu hu “Ut unum sint”, it-talba ta’ Kristu għall-għaqda bejn l-Insara: “Biex ikunu lkoll ħaġa waħda”.

Mons. Xuereb beda jservi bħala Nunzju Appostoliku fir-Repubblika tal-Korea, u fl-istess waqt Arċisqof titulari ta’ Amantea, l-Italja.